Lokali Qorti

Franċiż jammetti li kisser perspex fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Żagħżugħ Franċiż ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammetta li matul il-lejl tat-Tnejn li għadda huwa kkommetta ħsara volontarja billi kisser perspex fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Aurelien Dylan Gillet ta’ 23 sena qal lill-Qorti li hu kien se jħallas għal ħsara kollha li wettaq. Il-Maġistrat Josette Demicoli wissietu li Franza bħal Malta hija pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u jekk jikkommetti reat ieħor f’dawn is-sentejn huwa se jġorr din is-sentenza f’pajjiżu.

Kien għall-ħabta tas-2.30am li hekk kif wasal minn Malta huwa kkommetta din il-ħsara fiż-żona tal-wasliet li tagħmel parti ta’ Schengen bl-Ispettur Hubert Gerada jakkużah li wettaq aktar minn €500 fi ħsara.

L-Avukat Leontin Calleja qalet li l-klijent tagħha għajjien u ddispjaċih għal dak kollu li għamel bil-Prosekuzzjoni tgħid ukoll li l-Franċiż ikkopera magħha.