Mewta traġika oħra hekk kif raġel ta’ 60 sena ħabat ma’ ħajt hu u nieżel in-niżla tas-Sellum fir-Rabat Għawdex.
Ir-raġel li kien residenti x-Xagħra, jidher li għal xi raġuni spiċċa baqa’ dieħel ġo ħajt bil-Honda Fit li kien qed isuq. L-inċident seħħ wara nofsinhar, u għall-ħabta tas-14.20pm il-Pulizija ġiet infurmata bil-ħabta.
Il-Pulizija flimkien ma’ tim mediku marru mill-ewwel fil-post, madankollu r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fil-post.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-Pulizija tad-Distrett, minn naħa tagħha, għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.
//= $special ?>