Futbol Sport

Inter u Atalanta jkomplu d-dwell bejniethom għat-tieni post illum

(Ritratti: EPA)

Wara li l-Ħadd li għadda Juventus aċċertaw mir-rebħ tas-36 kampjonat fl-istorja tagħhom, l-attenzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika ddur  fuq min se jispiċċa fit-tieni post. It-taqtigħa hi bejn tlieta jiġifieri Inter, Atalanta u Lazio. Fil-preżent Inter jinsabu fit-tieni post b’76 punt, punt aktar minn Atalanta u Lazio. B’żewġ logħbiet għat-tmiem, Inter u Atalanta jkunu fl-azzjoni llum bl-għan li jirbħu qabel il-konfront importanti ta’ bejniethom.

Atalanta ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Milan, tim li għaddej minn forma brillanti. Inter għelbu lil Genoa 3-0, bl-attakkant Romelu Lukaku se jkun qed ifittex rekord personali u tal-klabb. Il-Belġjan jinsab erba’ gowls bogħod milli jsir l-aktar plejer ta’ Inter li skorja gowls fil-kampjonat fl-ewwel staġun tiegħu.

Serie A

Illum: Parma v Atalanta 7.30pm, Inter v Napoli 9.45pm