Edukazzjoni Lokali

It-tieni każ ta’ Covid-19 fi SkolaSajf ta’ Ħal-Luqa – UPE

Irreġistrat it-tieni kaz ta’ Covid-19 fi SkolaSajf ta’ Ħal Luqa wara li lbieraħ kien irreġistrat każ ta’ LSE f’din l-istess skola. Dan ħareġ fi stqarrija tal-Union of Professional Educators.

Fi stqarrija. l-istess Union qalet li issa qed jitqajjmu ħafna dubji dwar dak li qal il-Ministru tal-Edukazzjoni li dalgħodu stess żar din l-iskola, jiġifieri li l-iskola hija sigura, u l-ħaddiema tal-iskola u l-ġenituri tat-tfal li jattendu fiha huma mħassba ferm bis-sitwazzjoni.

Minuti biss wara li l-Ministru telaq mill-iskola, l-amministrazzjoni ħabbret lill-ħaddiema li kien hemm dan it-tieni każ, bil-playworkers u ċ-child support workers impjegati f’din l-iskola jitilqu mill-post tax-xogħol tagħhom dak il-ħin.

Il-UPE qalet li se żżomm kuntatt mal-ħaddiema u se taċċerta ruħha li l-iskola ssegwi l-proċeduri.