Futbol Sport

It-tim relegat Bournemouth mistenni jiddiskuti possibbiltà ta’ kumpens wara żball teknoloġiku

(Ritratt: EPA)

Il-bord ta’ Bournemouth se jiddiskuti aktar tard din il-ġimgħa l-possibbiltà li jitolbu kumpens kontra l-kumpanija Hawk-Eye wara żball teknoloġiku li sar fl-ewwel logħba tal-Premier League wara l-lockdown.

Fil-logħba bejn Aston Villa u Sheffield United, il-gowlkiper ta’ Aston Villa Orjan Nyland għamel żball wara li qabad il-ballun wara l-linja, iżda s-sistema tat-teknoloġija fuq il-linja ma għarfitx l-iżball. Ir-referee tal-logħba Michael Oliver ma rċieva l-ebda sinjal biex jagħti l-gowl u l-logħba kompla.

Dakinhar il-logħba spiċċat fi draw ta’ 0-0 u fil-klassifika finali Aston Villa spiċċaw b’35 punt, punt aktar minn Bournemouth li ġew relegati. Wara l-logħba, il-kumpanija Hawk-Eye talbet apoloġija u qalet li seba’ kameras li kienu madwar iż-żona tal-lasta, ġew ostakolati mill-gowlkiper, difensur u l-lasta.