Coronavirus Edukazzjoni Lokali

L-għalliema mhux jaqblu mal-proposti tal-Gvern

L-Unjin tal-Għalliema qed titlob għal laqgħa urġenti mal-Ministeru għall-Edukazzjoni sabiex jiġi diskuss il-protokol dwar kif ser ikunu qed jiftħu l-iskejjel tul ix-xahar ta’ Settembru.

Filwaqt li l-MUT saħqet li l-aħbar li l-iskejjel ser ikunu qed jiftħu fit-28 ta’ Settembru ma ħaduhiex bħala sorpriża minħabba l-fatt li tul ix-xhur tas-Sajf infetħu s-servizzi taċ-childcare u SkolaSajf – l-Unjin konvinta li wieħed mix-xenarji propost mill-Ministeru mhux fattibli.

L-MUT spjegat li sistema hybrid, li l-edukaturi jagħmlu xogħolhom kemm wiċċ imb’wiċċ mal-istudenti kif ukoll online, ser tkun qed toħloq konfużjoni kemm b’mod edukazzjonali kif ukoll b’mod loġistiku.

L-Unjin qed titlob lill-Ministeru sabiex jispjega bl-aktar mod ċar kif ser ikunu qed iseħħu l-miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex tiġi salvagwardata saħħet il-ħaddiema u l-istudenti u kif dan kollu ser ikun qed jaffettwa lis-sillabu ta’ matul is-sena.

Dan filwaqt li l-MUT insistiet li ser tkun qed tibqa’ tosserva l-andament ta’ pajjiżna hekk kif għadu qed iħabbat wiċċu mal-pandemija tal-Covid-19

https://www.facebook.com/MaltaUnionofTeachers/posts/339887167410042?xts%5B0%5D=68.ARCgEo79nLEN8jKPStP6juoLwDRuWY2xIS0ZPUCNlYaZ_xSfEy_EJkxq1QoahgprZN7Y6V-nJqnUOdtj9SBb6gLcoA4dLflaswYox9CrSJdKPiivnljT3pGIJG3a7WtiEM0mSXgjzaZL4OELXdhZYKdF0gMMZrCLBcHgFKc2bj6xDhuUv_ksGzMiTWOgLRV0ZmqB0IX0xerI_fHqPK8RWN0z-IDqao194cwYjPl2ZATLf1pku_620y3Wv-50GkDiOcrT3hSCqr9aunx_zmKHMnydMgMEcyn20vLvmyLeuJ5mRYQHeIcQtJcYEqek5QgA9iX5fN92tgV2M9lvU0jXVJ8&tn=-R