Lokali Parlament

Malta l-agħar pajjiż fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal fil-parlament li tant is-sitwazzjoni hi ħażina li r-rapport Basel AMX poġġa lil Malta fl-agħar pożizzjoni fl-Ewropa fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fil-korruzzjoni. Dan qed iġib diffikultajiet għall-operaturi ġenwini mhux biss biex joperaw iżda wkoll biex jiftħu l-kontijiet fil-banek.

Mario de Marco tkellem l-importanza li l-istituzzjonijiet jaġixxu f’waqthom u spjega kif il-banek Pilatus u Sata taw dehra negattiva lil Malta u tefgħu dell ikrah fuq il-pajjiż.

Dan kissru r-reputazzjoni ta’ Malta biex issa l-gvern qed jiffaċċja l-eżami tal-Moneyval li jista’ jitfa’ lil Malta fil-lista l-griża. Minflok bħalissa l-awtortiajiet finanzjarji tal-pajjiż qed jiffokaw fuq inizjattivi minħabba l-COVID-19, qed ikollhom jiffukaw kif se jgħelbu l-isfidi serji tal-Moneyval.

Mario de Marco enfażizza l-importanza li jkun hemm ir-rieda neċessarja kontra l-ħasil tal-flus u kkritika l-mod kif il-banek Pilatus u Sata ngħataw il-permess joperaw meta suppost saru d-due diligence neċessarju.

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li minkejja li fl-2016 l-FIAU stabbiliet evidenza dwar ħasil ta’ flus kien biss fl-2018 li l-FMSA intervjeniet. Hu semma’ l-każi tas-SATA Bank fejn l-operatur għażel li jiftaħ dan il-bank f’Malta wara li kien jopera fil-Lussumburgu u wara li saret investigazzjoni dan twaqqaf mlli jkompli jopera f’dak il-pajjiż u ġie Malta. Trid tkun ir-rieda tal-awtoritajiet li danw l-operaturi ma jiġux joperaw f’Malta; il-pajjiż ma jeħtiġlux biss liġijiet ġodda iżda rieda tajba.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-fatt li l-pulizija ma ħadux il-passi enċessarji fosthom kontra l-ex ministru Konrad Mizzi u qal li mhix biss l-Oppożizzjoni li qed tikkritika lill-gevrn fuq dawn in-nuqqasijiet iżda hemm ukoll diversi entitajiet finanzjarji li qed jitkellmu bl-istess vuċi tal-PN. Fost dawn hemm il-Kamra tal-Kummerċ li appellat lill-gvern biex ikun trasparenti fil-proċess ta’ inzijattivi marbuta mal-Moneyval.