Lokali Qorti

Mixli b’pusses aggravat ta’ kokaina waqt il-festa ta’ Raħal Ġdid

Żagħżugħ ta’ 27 sena minn San Ġwann ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda waqt li kien qed jattendi għal festa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid kellu fil-pusses tiegħu d-droga kokaina, f’ċirkostanzi li ma kinitx għal użu personali tiegħu.

L-Ispettur Sarah Zerafa li flimkien mal-Ispettur Paul Camilleri ressqu lil Barclay Vella mixli  li wara beda jaġixxi b’mod suspettuż kien arrestat. Li ġara kien li l-Pulizija arrestat persuna oħra li fuqha ma nstab xejn u meta din il-persuna ħarġet mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid, kien hemm Vella barra jistenna u rema’ pakkett tas-sigaretti mgħaffeġ.

Jidher li l-persuna li kien arrestat ħareġ barra u ltaqa’ ma din il-persuna, u kien hemm li Vella ġie nnnutat jarmi pakkett tas-sigaretti, bil-Pulizija tiskopri li kien fih sustanza, allegata kokaina.

L-Ispettur Zerafa qalet li kollox beda nhar il-Ħadd li għadda fejn saru xi attiviatjiet marbuta mal-festa ta’ Kristu Re, u li dawn kellhom l-ordni li jagħlqu sa ċertu ħin.

Madankollu kien hemm grupp li baqgħu f’post u ma riedux jitilqu, u dawn wara li ngħataw ordni biex iħallu l-post marru f;każin ieħor, biex ikomplu jiċċelebraw. Kien f’dak il-ħin kien hemm persuna fost il-grupp, li beda jaġixxi b’mod suspettuż.

Dan ittieħed l-Għassa tal-Pulizija, u wara li ma nstab xejn fuq wara li ħareġ u ltaqa’ ma’ persuna, li kellu pakkett mgħaffeġ tas-sigaretti li kien fih disa’ boroż b’sustanza bajda. Dan ġie arrestat u waqt l-interogazzjoni l-imputat ma tkellimx.

Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli l-Prosekuzzjoni qalet li Vella kien qed jagħmel programm kontra d-droga li telaq minnu l-ġimgħa li għaddiet. Huwa ġie difiż mill-Avukat Leontin Calleja, li qalet li l-akkużat lest li joqgħod għal ordni ta’ superviżjoni.Huwa wieġeb mhux ħati u ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €7,000.