Lokali

AĠĠORNATA: Anzjana titlef ħajjitha f’Wied il-Għajn

Mara Maltija ta’ madwar 70 sena tilfet ħajjitha dalgħodu wara li sfortunatament sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fiż-żona magħrufa bħala Il-Bajja tal-Fajtata fil-limiti ta’ Wied il-Għajn.

Il-mara ttellgħet fuq l-art u ngħatat l-għajnuna minn tim mediku li wasal fil-post madankollu, l-isforzi tagħhom kienu għalxejn.

Jassistu fl-operazzjoni kien hemm membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Uffiċjali tal-Pulizija u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Jidher li l-Pulizija ġew infurmati għall-ħabta tal-10.30am li persuna sabet ruħha diffikultà fil-baħar f’Wied il-Għajn.

Fil-11.10am, il-Forzi Armati ta’ Malta mbagħad intervjenew permezz tal-ħelikopter – madanakollu minkejja l-isforzi kollha l-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Ikkummenta