Lokali

Wara l-iżbark f’Malta, jidħlu 100 oħra f’Lampedusa

Malta u Lampedusa b'mijjiet ta' immigranti fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni

Bħal Malta, anke Lampedusa bħalissa qed taffaċja aktar wasliet ta’ immigranti li qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran lejn l-Ewropa.

L-aħħar aħbarijiet jindikaw li fl-istess waqt li fl-Isla kienu qed jiżbarkaw mal-100 immigrant ieħor, anke f’Lampedusa kien hemm il-wasla ta’ 100 immigrant li ġew salvati f’nofs ta’ baħar.

Kmieni dalgħodu, imbgħad, waslu żewġ dgħajjes oħra li fuqhom kellhom 9 u 13-il immigrant. Dan wassal biex it-total ta’ immigranti fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’din il-gżira Taljana jitla’ għal 872 – numru ferm akbar mill-95 li jiflaħ dan iċ-ċentru.

F’Malta biss, din is-sena diġa’ waslu ‘l fuq minn 1,800 immigrant.

Il-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li pajjiżna qed jagħmel suċċess fejn tidħol l-immigrazzjoni illegali. Dan filwaqt li fl-ebda ħin ma semma’ kemm hemm pajjiżi li qed jaċċettaw ir-rilokazzjoni ta’ immigranti minn Malta.

Ritratt: Matthew Tabone