L-aħħar statistika li ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Ġunju, f’pajjiżna kien hawn 11,496 persuna mingħajr xogħol.
Meta kkumparat ma’ Mejju, jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta’ 0.1% f’din l-istatistika li toħroġ kull xahar hekk kif il-qgħad f’pajjiżna kien 4.3% f’Mejju u 4.2% f’Ġunju.
Dan huwa t-tieni l-akbar ammont ta’ persuni bla xogħol f’Malta u f’Għawdex fl-aħħar 12-il xahar.
F’April li għadda il-qgħad f’pajjiżna żdied b’1,732 meta tela’ għal 11,228. Dan l-ammont kien reġa’ kiber għal 11,677 f’Mejju.
Dan ifisser li n-numri ta’ Ġunju wrew tnaqqis marġinali ta’ persuni li bħalissa jinsabu mingħajr impjieg, tnaqqis ta’ 181.
//= $special ?>