12-il każ ġdid ta’ COVID-19; il-każi attivi jitilgħu għal 112

Matul l-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew irreġistrati 12-il każ ġdida ta’ Covid-19. Dawn il-każi ħarġu minn 1,615 swab test.

2 każi huma relatati mal-avveniment tal-massa li seħħ f’lukanda f’San Ġiljan ftit aktar minn ġimgħa ilu, 5 każi huma ħarġu mill-festa ta’ Santa Venera u l-ħames persuni l-oħra ma jafux kif ħadu dan il-virus.

Fl-aħħar aġġornament fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa ma kien imħabbar ebda persuna li fieqet mill-Coronavirus biex b’hekk in-numru totali ta’ dawk li fiequ jibqa’ 665.

Il-każi attivi f’pajjiżna huma 112 (li jinkludu magħhom 66 immigranti li ttestjaw pożittiv ilbieraħ)