Lokali

1,630 Kunsillier jistgħu jivvutaw fil-Kunsill Ġenerali straordinarju

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tavża li wara l-għeluq tal-proċess tal-verifika ta’ dawk li huma eleġibbli li jivvutaw, l-għadd ta’ Kunsillieri eleġibbli li jivvutaw fil-Kunsill Ġenerali straordinarju li se jinżamm il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju li ġej huwa: 1,630. 

Fi stqarrija maħruġa minn Peter Fenech President tal-Kummissjoni Elettorali PN intqal li skont kif approvat mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, l-Kunsillieri huma msejjħa biex jivvutaw fil-Kunsill Ġenerali billi jagħżlu jekk it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista fil-Konvenzjoni Ġenerali għandhomx jikkonfermaw il-Kap jew jeleġġu Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar li llum hemm l-elezzjoni bikrija għal dawk kollha eleġibbli bejn il-5pm u t-8pm fid-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pieta’ f’Malta u fisSub Headquarter tal-PN f’Ta’ Sannat f’Għawdex.

Il-Kunsill Ġenerali straordinarju jibda’ l-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, bil-votazzjoni bejn is-6pm u t-8pm fid-Dar Ċentrali f’Malta. Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu bejn it-8am u s-6pm fid-Dar Ċentrali f’Malta u bejn id-9am u l-4pm fis-Sub Headquarters f’Ta’ Sannat f’Għawdex