Lokali

484 Kunsillier ivvutaw fl-elezzjoni bikrija tal-Kunsill Ġenerali straordinarju

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tavża li 484 Kunsillier ivvutaw fil-votazzjoni bikrija tal-Kunsill Ġenerali straordinarju li saret illum. 404 ivvutaw fid-Dar Ċentrali tal-PN f’Tal-Pieta’ f’Malta u 80 ivvutaw fis-sub headquarters tal-PN f’Ta’ Sannat f’Għawdex. Il-Kunsillieri eleġibbli li jivvutaw jammontaw għal 1,630.

Il-Kunsill Ġenerali straordinarju se jinżamm il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, bil-votazzjoni bejn is-6pm u t-8pm fid-Dar Ċentrali f’Malta. Il-votazzjoni tkompli s-Sibt l-1 ta’ Awwissu bejn it-8am u s-6pm fid-Dar Ċentrali f’Malta u bejn id-9am u l-4pm fis-sub headquarters f’Ta’ Sannat f’Għawdex.

Dan tħabbar fi stqarrija tal-PN maħruġa mill-President tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech.