Lokali

AKTAR WASLIET: 33 immigrant jiddaħħal fix-xatt tal-Isla

Għall-ħabta tal-4:30am waslu aktar immigranti f’pajjiżna. L-aħħar grupp kien jikkonsisti minn 33 persuna, li bħalissa għaddejin l-investigazzjonijiet dwarhom sabiex tiġi stabbilita’ l-identita’ u n-nazzjonalita’ tagħhom.

Il-Gvern, kif issa hi konswetudni, ma qal xejn dwar din l-aħħar wasla.

L-immigranti ddaħħlu Malta mill-AFM fix-xatt tal-Isla. Hemmhekk saru l-kontrolli neċessarji, sakemm ittieħdu b’xarabank lejn ċentru ta’ detenzjoni.