Filwaqt li l-pandemija tal-Covid-19 ħasret diversi avvenimenti kbar madwar id-dinja kollha għal dan is-Sajf, pajjiżna għadu qed jagħti l-opportunita’ li wieħed igawdi u jiddiverti. Dan intqal f’artiklu mill-BBC, illi janalizza kif inhu possibbli li Malta baqgħet għaddejja qisu xejn mhu xejn.
L-artiklu jgħid li f’pajjiżna huma pjanati li jsiru erba’ festivals mużikali kbar matul dan is-Sajf.
Kienu diversi Maltin u anke barranin li esprimew id-diżappunt għal din l-aħbar. Minħabba l-fatt li ħafna pajjiżi oħra ikkanċellaw avvenimenti simili, għaliex id-dinja għadha għaddejja fl-eqqel tal-pandemija.
Diversi Djs li se jipparteċipaw f’dawn l-avvenimenti stqarrew li għażlu li jieħdu sehem minħabba li ġew assigurati li ser jittieħdu diversi prekawzjonijiet b’rabta mas-saħħa.
Minn naħa l-oħra Maltija li tkellmet mal-BBC stqarret li mhux xi ħaġa faċli li tagħmel xahrejn u nofs id-dar, u ma tixtieqx tmur lura għal dak iż-żmien ta’ normalità speċjalment issa li ninsabu f’nofs is-Sajf.
Hija kompliet tistqarr li jkun aħjar jekk in-nies jiġu ttestjati fl-ajruport eżatt malli jaslu f’pajjiżna u joqgħodu f’iżolament sakemm joħroġ ir-riżultat.
//= $special ?>