Lokali

Arrestat wara li ħarab mill-kustodja tal-uffiċjali tal-ħabs

Għall-ħabta 12.30, il-Pulizija kienet qed teskorta Sudaniż ta’ 28 sena mill-Qorti għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex jiskonta sentenza ta’ priġunerija.

Waqt li l-vettura kienet qiegħda quddiem l-entratura prinċipali tal-binja tal-ħabs, is-Sudaniż ta’ s-salt u ħarab minn ġol-vettura, immanetjat.

Il-Pulizija li kien qed jeskortah, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u dawk mir-Rapid Intervention Unit bdew bit-tfittxija għal din il-persuna, fejn ftit tal-minuti wara dan instab ġewwa Raħal Ġdid stess.