Internazzjonali

COVID-19: L-emerġenza medika fl-Italja estiża għal nofs-Ottubru

Waiters stand by an empty restaurant in Venice's St. Mark's Square, which would normally be full of tourists, as a coronavirus outbreak grows in Italy.

L-Italja ddeċidiet biex l-emergenza medika b’kaġun  tal-pandemija tal-Covid-19 tkun estiża f’artha sal-15 ta’ Ottubru. Dan ifisser li it-Taljani se jibqghu fi stat ta’ emergenza ghal kwazi tliet xhur ohra.

Kien is-Senat Taljan illi vvota favur din id-decizjoni wara laqgha twila. Fil-fatt id-data finali għall-emerġenza rriżultat minn kompromess bejn il-partiti tal-maġġoranza fis-Senat — bil-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte jinsisti li ma kellux triq ohra, ‘peress li l-virus għadu qed jikkostitwixxi periklu għall-poplu’.

Din l-ahbar harget fl-istess jum li fih il-kazi globali tal-Covid-19 lahhqu s-17-il miljun…Fl-istess perijodu, jiġifieri fl-aħħar sigħat, feġġew anki ammont konsiderevoli ta’ kazi pozittivi fil-Belgju u Spanja.

Min-naħa tagħha, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li ż-żgħażagħ fil-pajjiżi tal-Ewropa jistgħu qegħdin jixprunaw is-spikes ( żidiet f’daqqa) tal-infezzjonijiet madwar il-kontinent.

Il-kelliema tal-WHO qalu wkoll li diversi pajjiżi, illum, qegħdin jaraw proporzjon akbar ta’ infezzjonijiet ġodda fost iż-żgħażagħ, b’dan qed jitqies bħala fattur allarmanti ieħor mill-awtoritajiet tas-saħħa li qegħdin jagħmlu l-almu biex irażżnu l-impatt tal-Covid-19.

Filwaqt li n-numri tal-każi qed jizdiedu fl-Ewropa, l-Istati Uniti qed tkompli żżid mal-vittmi tal-pandemija f’artha.

Il-jum tat-Tlieta, kienet l-agħar gurnata qalila f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ żieda fil-fatalitajiet fl-Istati Uniti u fejn f’24 siegħa biss kien hemm mal-1,600 mewta bil-Coronavirus – l-akbar żieda għal ġurnata waħda minn Mejju.

Is-sitwazzjoni f’Hong Kong ukoll saret waħda preokkupanti u fejn in-numri issa sparaw ‘il fuq b’mod drastiku. L-awtoritajiet lokali qed iwissu li s-sistema tas-saħħa f’Hong Kong tinsab f’xifer li tikkrolla taħt l-impatt tal-pandemija u ż-żieda fin-numri ta’ persuni infettati f’dawn l-ahhar granet.

Intant, fl-ahhar sighat, John Holland-Kaye, il-Kap Eżekuttiv tal-ajruport ta’ Heathrow, f’Londra (fir-Renju Unit) stqarr li hemm bżonn biex, b’mod immedjat, tiddaħħal sistema ta’ testijiet ghat-turisti kollha li qegħdin jidhlu fir-Renju Unit.

Din is-sistema diga’ qed tithaddem f’numru ta’ Stati li jinkludu Franza u mistennija tkun implimentata wkoll f’aktar pajjiżi fil-jiem li ġejjin.

Sadanittant, il-Kap ta’ Heathrow qal li ħadd ma jrid li fir-Renju Unit tfeġġ tieni mewġa qattiela tal-coronavirus u meta,  fl-aħħar mill-aħħar, ‘is-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kull kunsiderazzjoni oħra’.