Internazzjonali

Franza: Jiżgumbraw kamp kbir tal-immigranti fil-limiti ta’ Pariġi

epa06772494 Police form a cordon and inspect tents at a large makeshift migrant camp along the Canal Saint Denis, in northern Paris, France, 30 May 2018. The camp, dubbed 'Millenaire' after the nearby shopping center, and home to an estimated 1,700 migrants, was peacefully cleared in a police operation which began at daybreak. The migrants boarded buses and will be relocated to shelters around the Paris area. EPA-EFE/IAN LANGSDON

L-awtoritajiet Franċiżi, permezz ta’ azzjoni koordinata, evakwaw mal-1,500 persuna minn kamp enormi għall-immigranti viċin ix-xatt tal-Kanal ta’ Saint-Denis, f’Aubervilliers, lejn in-naħa ta’ fuq ( fil-limiti) ta’ Pariġi.

L-azzjoni saret bħala parti mill-pjan tal-Gvern Franċiż biex jevita sitwazzjoni fejn jittellgħu numru ta’ kampijiet ġodda ‘f’daqqa’ għall-immigranti fl-inħawi ta’ Pariġi, inkella qalb is-sobborgi lejn in-naħa ta’ ġewwa tal-kapitali.

Fl-aħħar sigħat, numru minn dawn l-immigranti ttellgħu fuq ix-xarabanks li ħaduhom lejn xelters u lokalitajiet oħrajn – bil-ħidma ssir taħt is-superviżjoni tal-Kap tal-Pulizija Didier Lallement.

L-iżgumbrar tal-immigranti ngħata urġenza mill-awtoritajiet fir-reġjun ta’ Pariġi wara li f’xahar wieħed biss, l-ammont tal-immigranti fil-kamp ‘ta’ Aubervilliers’ tela’ minn xi 400 f’nofs Ġunju għal ħafna aktar minn 1,000 sa nofs-Lulju. Dan meta mistenni li jaslu aktar immigranti fl-istess zona tal-kapitali fis-sigħat u l-ġranet li ġejjin.