Lokali

Għotja ta’ €50,000 għall-Fondazzjoni ‘Responsible Gaming’ mill-Maltco Lotteries

Maltco Lotteries, l-Operatur tal-Lotterija Nazzjonali u s-sussidjarja ta’ INTRALOT, reġgħu affermaw mill-ġdid l-impenn u l-appoġġ tal-kumpanija lejn Logħob Responsabbli billi kkontribwixxew 50,000 euro oħra għall-Fondazzjoni Responsible Gaming.

It-tħabbira ta’ din id-donazzjoni saret bħala parti minn programm annwali tal-kumpanija fejn fli-istess waqt tnediet il-Kampanja tal-Logħob Responsabbli tal-2020 – Be Ahead of the Game – Keep it FUN.

Il-kumpanija tat din is-somma ta’ flus lill-Fondazzjoni tal-Logħob Responsabbli matul il-bidu ta’ dan ix-xahar biex b’hekk ma ġew preżentati l-ebda ċekkijiet tul il-konferenza tal-aħbarijiet minħabba restrizzjonijiet imposti fil-ġlieda kontra l-COVID-19.

Din il-kontribuzzjoni se tintuża biex tippromwovi u tqiegħed fil-prattika prinċipji ta’ logħob responsabbli filwaqt li tħares lil dawk li jilgħabu, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli.