Coronavirus Lokali Saħħa

“Idejja saru hekk bl-ammont ta’ testijiet li għamilna”

Fiżjoterapista qasam l-esperjenza ta’ bosta ħaddiema tas-settur tas-saħħa li qed jagħmlu sforzi kbar u jwettqu numru ta’ swab tests tal-Coronavirus.

Karl Rizzo Naudi fuq Facebook qal li jdejh saru hekk mhux għax mar jgħum, u għamel ħafna ħin fil-baħar, iżda saru hekk minħabba l-għaraq li ħariġlu tul il-ħidma tiegħu fiċ-ċentri tal-iswab tests.

Il-ħaddiema tas-saħħa qed jagħmlu sforzi kbar, anki fil-konfront ta’ numru ta’ elementi iebsa f’dan l-istaġun tas-sajf.

Fil-kummenti tal-istess post kienu numru ta’ persuni li rringrazzjaw lill-ħaddiema tas-saħħa, u appellaw huma wkoll għall-kawtela.