Lokali

Is-sebgħin ħanut tal-Convenience qed jinfetaħ b’kunċett ġdid

Il-Convenience Group qed jiftħu is-sebgħin ħanut tagħhom, l-ewwel wieħed ma’ Petrol Station fejn wieħed ser jkun jista jixtri xi bżonnijiet u fl-istess ħin jieħu café’ u xi ħaga tal-ikel waqt li qed jistenna biex jinqeda. Permezz ta’ dan il-kunċett ġdid, il kumpanija qed tagħmel pass akbar biex possibilment
tkun l-akbar f’dan is settur.

Isimna ,marbut mall-konvenjenza ,u ninsabu eċitati li bil-grinta kollha ser nkunu qed niprovdu lill-klijenti tagħna esperjenza ġdida meta jixtru. Filwaqt li fost il prodotti essenzjali , nsibu deli counter, u sezzjoni
ta’ frott u ħaxix, wieħed jista jieħu kafe’ u xi ħaga tal-ikel bejn ħaga u oħra.

Listess għal dawk li jiġu fil-pompa tal-petrol , ser jkunu jistgħu jaħtfu xi ħaga ta’ malajr sakemm il-karozza tintela’ qal CEO tal-kumpanija Martin Agius.

Fix-xhur li għaddew din is sena, diġa nfetħu żewġt iħwienet oħra ġewwa Buġibba u r-Rabat, u ser jkunu qed jinfetħu erbgħa oħra ġewwa lokalitajiet interessanti fix-xhur li ġejjin biex b’hekk , jkunu qed iservu għal aktar konvenjenza u jikber aktar dak li din il-kumpanija tkun tista’ toffri

Il-Convenience Group riċentament introduċew servizz ta’ online shopping billi jipprovdu express delivery fejn kull xirja titwassal id-dar sa sagħtejn wara li tkun ġiet ikkonfermata. Din kienet ferm u waħda mill-aktar popolari ma’ ħafna klijenti waqt ir-restrizzjonijiet tal Covid 19

Aħna kburin li nkunu dejjem ta’ sapport lejn il-komunita’ u zgur li din ser tibqa’ parti mill-karaterristika ta’ dan il-grupp – Martin Agius CEO