Raġel ta’ 32 sena li ġie mixli b’serq ta’ fanal ta’ mutur u li wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu nżamm taħt arrest preventiv u ttieħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Ir-raġel residenti San Pawl il-Baħar ġie mixli quddiem il-Maġistrat Victor Axiak fejn il-Prosekuzzjoni spjegat kif fl-aħħar ġimgħat, il-Pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta nvestigaw rapport ta’ serq ta’ fanal minn mutur minn Triq Ġilormu Cassar fil-Belt Valletta.
Minn kameras tas-sigurta’ li nġabru, kien stabbilit li min wettaq ir-reat għamel dan billi kien qed jagħmel użu minn mutur misruq.Kien nhar it-Tnejn 28 ta’ Lulju, waqt ronda mill-Pulizija tad-distrett, li ntlemaħ dan il-mutur misruq fejn sussegwentament ġie arrestat ir-raġel li allegatament seraq il-fanal tal-mutur.
Wara tfittxija ġewwa r-residenza tiegħu, instab il-fanal misruq u diversi oġġetti relatati mal-mutur il-misruq.
//= $special ?>