Coronavirus Lokali Saħħa

Konfermat każ ta’ COVID-19 fil-Bank Ċentrali

Fi stqarrija maħruġa mill-Bank Ċentrali, kien konfermat li fit-28 ta’ Lulju, il-Bank irreġistra każ ta’ COVID-19. Malli din l-informazzjoni kienet irrappurtata lill-maniġment fis-18:46hrs, il-Bank ħa azzjoni immedjata u wettaq il-contact tracing neċessarju. Dan biex jistabbilixxi liema impjegati setgħu potenzjalment kienu f’kuntatt mal-impjegat li rriżulta pożittiv.

Barra minn hekk, l-impjegati kollha li jaħdmu fid-dipartiment ikkonċernat ingħataw struzzjonijiet biex jaħdmu mid-dar. Impjegati oħra li ġew f’kuntatt mal-impjegat li kien pożittiv ġew mitluba biex jagħmlu l-istess. Huma ser ikunu qed jagħmlu swab test.

Il-Bank kien iddiżinfettat, operazzjoni li tlestiet sad-21: 45hrs fit-28 ta’ Lulju 2020.

Il-Bank assigura li ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u se jkomplu jittieħdu biex jassiguraw il-benesseri tal-impjegati kollha.