Internazzjonali

L-Istati Uniti tikkundanna l-aħħar eżerċizzji militari tal-Iran

epa08571514 A handout photo made available by the Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) website; Sepah News shows, Iranian military fires a missile targeting a mock-up of US aircraft carrier in the strategic Strait of Hormuz, southern of Iran, 28 July 2020. Media reported that Iran held a war game at the Strait of Hormuz amid heightened tensions between Iran and the USA. EPA-EFE/SEPAHNEWS / HANDOUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

L-Istati Uniti kundannat lill-Iran għal eżerċizzju militari fejn kienu sparati diversi missili lejn mudell ‘finta’ – jew mock-up – ta’ aircraft carrier Amerikan fil-Golf ta’ Hormuz. L-eżerċizzju kien jinvolvi sparar mill-aktar qalil, tant li żewġ bażijiet tal-Amerikani fir-reġjun spiċċaw iħarsu livell ta’ allert sinifikanti għal perjodu ta’ żmien speċifiku.

L-Amerikani  qed jixlu lill-Iranjani għal ‘aġir irresponsabbli u perikoluż’ waqt li qalu li r-reġim Iżlamiku f’Tehran ‘qed jirrikorri għal dawn l-azzjonijiet bil-ħsieb li jintimida lill-pajjiżi li qed iqis bħala avversarji diretti’.

L-eżerċizzji tal-Iranjani fil-Golf ta’ Hormuz  (zona strateġika mill-aktar sensittiva) saru fi żmien ta’ tensjoni akuta mal-Istati Uniti. L-eżerċizzji bl-isem ‘Profeta Mohammed 14’ kienu trasmessi diretti fuq it-Televiżjoni Iranjana.

Il-mock-up  fil-mira tal-militar Iranjan ibbaża fuq tip ta’ aircraft carrier li jbaħħar kemm-il darba fiz-zona tal-Golf. Dan il-mock-up kien jinkorpora l-mudelli ta’ fighter-jets, bl-Iranjani jisparaw għal fuqu minn diversi direzzjonijiet.

Mal-ewwel indikazzjonijiet tal-isparar tal-missili ballistiċi, it-truppi Amerikani fir-reġjun tpoġġew immedjatament fuq allert fl-Emirati Għarab Magħquda u kif ukoll fil-Qatar.