Coronavirus Edukazzjoni Lokali

“L-istudenti ma jistgħux jibqgħu fil-għama” – SDM

L-istudenti jeħtieġu li jkunu jafu jekk hemmx pjan ċar dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna aktar u aktar jekk is-sitwazzjoni tal-pandemija tkompli taqleb għall-agħar.

Permezz ta’ stqarrija l-SDM, l-Istudenti Demokristjani Maltin saħqu li jeħtieġ li jingħataw aktar informazzjoni dwar l-eżamijiet tal-O u l-A level.

Huma qalu li l-eżamijiet mistennija li jsiru f’Awwissu u Settembru wara li l-eżamijiet li ssoltu jsiru f’Mejju ġew posposti minħabba l-imxija.

“Se jkun hemm restrizzjonijiet ġodda?”

L-għaqda studenteska tenniet li jeħtieġ pjan ċar fil-konfront tas-sitwazzjoni preżenti, u l-pjan ikun jinkludi wkoll diskussjoni ma’ dawk kollha konċernati.

Huma saħqu li jeħtieġ li mill-aktar fis biex l-istudenti ma jibqgħux fil-għama, u jingħataw l-informazzjoni kollha biex dan il-mument ta’ inċertezza ma jkomplix iżid mal-piż li diġà għandhom numru ta’ studenti.

Tags