Kuntrarju għal dak li qed jingħad fuq il-media soċjali, mhuwiex minnu li nsterqet xi data personali tal-membri tal-Kunsill Ġenerali u/jew tat-tesserati tal-Partit Nazzjonalista.
Id-data li qiegħda tintuża biex isir kuntatt mal-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ġiet provduta b’mod uffiċjali mill-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista għal dan il-għan kif sar diversi drabi f’okkażjonijiet oħra fejn saru elezzjonijiet u votazzjonijiet interni fil-Partit Nazzjonalista.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari tal-PN fejn id-depitati appellaw u ħeġġu biex kull min qed jagħmel dawn l-allegazzjonijiet mhux veritiera sabiex jieqaf jagħmel akkużi foloz li la jagħmlu ġieħ lilu u wisq anqas lill-kariga li huwa jokkupa fil-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>