RUMA – Lazio baqgħu jittamaw li jispiċċaw fit-tieni post wara li għelbu lil Brescia 2-0 fi Stadio Olimpico. JOAQUIN CORREA fetaħ l-iskor fis-17-il minuta b’xutt mill-kaxxa biex CIRO IMMOBILE għalaq il-logħba fit-82 minuta. Dan kien il-35 gowl ta’ Immobile fil-kampjonat u jinsab gowl biss bogħod mir-rekord ta’ Gonzalo Higuain.
ĠENOVA – Milan komplew bil-mument pożittiv b’rebħa ta’ 4-1 fi Stadio Marassi kontra Sampdoria biex assiguraw tal-anqas is-sitt post. ZLATAN IBRAHIMOVIC fetaħ l-iskor wara erba’ minuti b’daqqa ta’ ras wara kross ta’ Ante Rebic. HAKAN CALHANOGLU rdoppja fit-52 minuta b’konklużjoni mill-viċin biex sitt minuti wara ZLATAN IBRAHIMOVIC għalaq il-logħba b’xutt minn qagħda ideali. KRISTOFFER ASKILDSEN naqqas id-distakk fis-87 minuta iżda Milan issiġillaw ir-rebħa b’gowl ta’ RAFAEL LEAO ħames minuti wara.
SASSUOLO – Xalata għal Sassuolo li rebħu 5-0 fil-Mapei Stadium u tefgħu lil Genoa f’inkwiet serju ta’ relegazzjoni. HAMED TRAORE fetaħ l-iskor fis-26 minuta u DOMENICO BERARDI rdoppja fl-40 minuta bi ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa. FRANCESCO CAPUTO kompla jkabbar il-vantaġġ b’xutt fil-baxx fis-66 minuta biż-żagħżugħ GIACOMO RASPADORI jiskorja r-raba’ gowl b’azzjoni personali tmien minuti wara. FRANCESCO CAPUTO ssiġilla r-rebħa fis-77 minuta.
UDINE – Rebħa fondamentali ta’ 2-1 għal Lecce li ħalliethom jittamaw li jevitaw ir-relegazzjoni. Kienu Udinese li fetħu l-iskor fis-36 minuta b’daqqa ta’ ras tad-difensur SAMIR iżda Lecce rnexxielhom idawru r-riżultat. L-ewwel kien MARCO MANCOSU li ġab id-draw minn penalty erba’ minuti wara biex fil-81 minuta GIANLUCA LAPADULA skorja l-gowl importanti mill-kaxxa ż-żgħira.
VERONA – Fi Stadio Bentegodi, Verona għelbu lil Spal 3-0. SAMUEL DI CARMINE skorja doppjetta fis-7 u l-11-il minuta, l-ewwel b’daqqa ta’ ras imbagħad kompla l-ballun għal ġewwa mill-qrib. MARCO FARAONI skorja t-tielet gowl fis-47 minuta b’daqqa ta’ ras minn korner.
//= $special ?>