Lokali

Norma Saliba tinħatar Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS

Il-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Limited (PBS) approva unanimament il-ħatra ta’ Norma Saliba bħala Kap tal-Aħbarijiet tax-Xandir Nazzjonali.

Norma Saliba se tkun qed tieħu post Reno Bugeja li ħalla din il-kariga fl-aħħar ġimgħat wara diversi snin Kap tal-Aħbarijiet ta’ TVM.

Norma Saliba se tkun qed tħalli l-pożizzjoni tagħha minn Kap tar-Relazzjonijiet Pubbliċi fl-Uffiċċju tal-President ta’ Malta biex tibda din l-esperjenza ġdida.

Qabel inħatar George Vella bħala President ta’ Malta, Saliba kienet diġa tifforma parti mill-kamra tal-aħbarijiet tax-xandir nazzjonali u b’hekk se tkun qed tirritorna ma’ PBS.