Coronavirus Lokali

Numru ta’ organizzaturi jwaqqfu l-avvenimenti tal-massa

Numru ta’ organizzaturi permezz tal-midja soċjali ħabbru li se jkunu qed iwaqqfu huma l-avvenimenti tal-massa li kienu qed isiru fost u fi tmiem il-ġimgħa.

Fl-aħħar ħin l-organizzaturi ta’ Sound Salon u G7 qalu li s-sitwazzjoni hija waħda delikata u se jkomplu jsegwu u jagħmlu moniteraġġ tal-aħħar andamenti f’pajjiżna. Huma saħqu li bħalissa l-aktar kruċjali hija saħħet il-poplu Malti u Għawdxi, u għalhekk ħadu din id-deċizzjoni biex iħarsu lil dawk kollha li jattendu l-parties tagħhom.

L-organizzaturi ta’ District saħqu li għalissa l-party li ssoltu jsir kull nhar ta’ Ġimgħa, mhux se jibqa’ jsir. Huma appellaw għall-kawtela u kif ukoll tennew li l-prijorità assoluta tagħhom hija li jħarsu lil dawk li jattendu l-avvenimenti tagħhom. Huma qalu li se jibqgħu jsegwu l-aħħar żviluppi b’rabta mal-Covid, u se joħorġu l-aħħar aġġornament minn jum għal jum.

Aktar tard wkoll, id-Dj Ziggy stqarr li għalissa mhux ser jibqgħu jittellgħu parties li jsiru kull ġimgħa. Huwa qal li ser tkun qed tittieħed deċiżjoni ġimgħa b’ġimgħa.