6.20pm – Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo awgura lit-timijiet Maltin li se jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Hu sellem lil dawk il-persuni li ħallew din id-dinja fl-aħħar sena kif ukoll lill-persuni li ma baqgħux parti mill-familja tal-futbol. Hu rringrazzjahom għall-ħidma sfieqa li taw lejn il-futbol Malti.
6.30pm – Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti għamel il-verifika tal-Membri u d-Delegati u r-Rapport Amministrattiv ġie approvat.
6.40pm – Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti elenka l-ħidma tal-assoċjazzjoni fl-aħħar sena. “Hu normali li President ġdid iġib miegħu ideat ġodda,” b’Chetcuti jsemmi kif anki internament kien hemm numru ta’ ċaqliq.
Hu għamel lista ta’ diversi prijoritajiet matul l-aħħar sena fosthom l-aspett tekniku tal-logħba, il-grassroots, l-amministrazzjoni u s-sistemi diġitali. Chetcuti tkellem ukoll dwar il-proġett ta’ sit elettroniku ġdid, l-iskemi tal-MFA li se jerġgħu jkunu disponibbli kif ukoll li l-MFA saret Organizzazzjoni Volontarja.
Angelo Chetcuti ħabbar ukoll li l-MFA ssottomettiet l-applikazzjoni tagħha biex torganizza l-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena fl-2024.
7.15pm – Matul is-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta’ Marzu, l-MFA kellha dħul ta’ €8,903,681 u ħruġ ta’ €9,611,587. Dan ifisser telf ta’ €707,906.
It-Teżorier tal-MFA Ivan Mizzi qal li l-akbar dħul wasal mid-drittijiet tat-televiżjoni u l-programm annwali ta’ solidarjetà UEFA Hat-Trick li ammontaw għal €4,224,928 jiġifieri 47.4% tad-dħul totali.
Fl-ispejjeż tal-MFA, l-akbar żidiet seħħew fl-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tal-logħbiet tat-timijiet nazzjonali li ddependa wkoll mill-pajjiżi li t-timijiet lagħbu fihom. Dawn ammontaw għal 17% tal-ispiża totali.
//= $special ?>