Lokali

Tibda l-votazzjoni bikrija; konkorrenza tajba fl-ewwel sagħtejn

Illejla ingħata bidu għal proċess importanti fi hdan il-PN; process li se jwassal għal aktar tiġdid u tisħiħ fil-partit, bl-ewwel pass ikun il-Kunsill
Ġenerali li ssejjaħ mill-Kap tal-PN Adrian Delia.

Il-votazzjoni f’dan il-Kunsill Generali bdiet illum stess bl-early voting, li fetah fil-5pm u jibqa’ sejjer sat-8pm. Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit, jidher li l-andament tal-votazzjoni sa issa kien wieħed pożittiv ħafna.

Il-votazzjoni kmieni qed issir fid-Dar Ċentrali u fis-sub-headquarters tal-PN f’Ta’ Sannat.

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li wara l-għeluq tal-proċess tal-verifika ta’ dawk li huma eleġibbli li jivvutaw, l-għadd ta’ Kunsillieri eleġibbli li jivvutaw f’dan il-Kunsill Ġenerali straordinarju huma 1,630.