Coronavirus Lokali

19-il immigrant ieħor pożittiv għall-Covid-19

Il-każi totali jiżdiedu għal 805

19-il immigrant mit-33 li matul il-jum tal-Erbgħa ddaħħlu Malta wara li ġew salvati minn bejn sema u ilma mill-Forzi Armati ta’ Mata ttestjaw pożittiv għall-Covid-19.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li l-immigranti li nstabu pożittivi ser ikunu qed jinżammu f’iżolament f’Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Dan ifisser li 85 mill-172 immigrant li ddaħħlu f’Malta matul din il-ġimgħa ttestjaw pożittiv għall-Covid-19 sabiex il-każi totali fil-Gżejjer Maltin minn Marzu, minn meta feġġett il-pandemija f’pajjiżna, żiedu għal 805.