Lokali

50 student Daniż taħt kwarantina f’Malta

Kamra tal-Aħbarijiet Daniża tiżvela li l-'group leader' tagħhom ittestja pożittiv għal Covid-19

50 student Daniż li ġew Malta sabiex jistudjaw l-Ingliż, tqiegħdu taħt kwarantina wara li l-group leader tagħhom ittestja pożittiv għall-Covid-19.

Dan ġie żvelat mill-istazzjon tal-aħbarijiet fid-Danimarka TV2, fejn intqal li l-grupp ta’ studenti li għandhom bejn l-14 u s-17-il sena u li kienu qed jattendu fl-iskola EF jinsabu taħt kwarantina f’appartamenti f’Tas-Sliema.

Il-kamra tal-aħbarijiet Daniża spjegat li l-leader tagħhom ittestja pożittiv għall-virus tul il-jum tal-Erbgħa.