Futbol Sport

Andrea Pirlo maħtur kowċ tat-tim ta’ Juventus ta’ taħt it-23 sena

(Ritratt: EPA)

Andrea Pirlo nħatar bħala l-kowċ tal-iskwadra ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. Din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu bħala kowċ.

Pirlo lagħab ma’ Juventus bejn l-2011 u l-2015 fejn rebaħ erba’ kampjonati konsekuttivi kif ukoll darba l-Coppa Italia u darbtejn is-Supercoppa. Pirlo rtira tliet snin ilu mill-futbol milgħub. Matul il-karriera tiegħu minbarra ma’ Juventus, Pirlo lagħab ma’ Inter, Milan u Brescia fejn lejn it-tmiem tal-karriera tiegħu kellu wkoll esperjenza ma’ New York City fl-Istati Uniti.