Futbol Sport

Bournemouth jaċċettaw l-offerta ta’ Man City għal Nathan Ake

(Ritratt: EPA)

Bournemouth aċċettaw l-offerta ta’ €45miljun  ta’ Manchester City għad-difensur Olandiż Nathan Ake. Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li t-taħdidiet bejn Manchester City u Ake bdew qabel ma ntemm l-istaġun, bid-diskussjonijiet intesifikaw fl-aħħar jiem meta Bournemouth ġew relegati għaċ-Championship.

Ake ssieħeb lil Bournemouth mingħand Chelsea fl-2017 u minkejja li Chelsea reġgħu wrew interess fih hu għażel li jingħaqad mat-tim ta’ Pep Guardiola. Mit-tluq ta’ Vincent Kompany, Manchester City bdew iħarsu lejn numru ta’ difensuri biex jieħdu post il-Belġjan, b’Guardiola jittama’ li Ake jirnexxielu jimla n-nuqqas tiegħu. Ma’ Bournemouth Ake lagħab 121 darba fejn rnexxielu jiskorja 11 –il gowl.