Lokali Parlament

Hawn elitisti li jaħsbu li huma ‘l fuq min-nies

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista kkritika fil-parlament lil min jaħseb li hu elitist fis-soċjetà għax jippretendi li hu xi għaxar tarġiet ‘il fuq mill-poplu.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-parlament għadu jkollu liġi tal-ugwaljanza li fuqha jkun hemm qbil iżda li ma tkunx liberali u li fil-fatt ma tkun tirrispetta l-ebda libertà; li għandha tkun ugwali għal kulħadd.

Hu qal li mhux favur liġijiet tal-ugwgaljanza meta dawn ikunu Marksisti. Il-pajjiż diġà kellu liġijiet li kienu approvati f’dan ir-rigward iżda ma ġabux barka anzi li bihom il-pajjiż mar lura mill-ugwaljanza.

Ħafna liġijiet kellhom pakkett sabiħ iżda ħolqu żbilanċ fil-libertajiet għax kienu maħsuba biex isaħħu l-libertajijiet ċivili u kissru l-ordni soċjali li l-pajjiż kien imdorri biha. Dawn kienu maħsuba biex isru b’mod li ma jittollerawx is-sistemi li l-pajjiż kien imdorri bihom.

Edwin Vassallo qal li ma jaqbilx li minoranzi li jgawdu bil-prezz li minoranzi oħra jispiċċaw bi pressjoni. Huma l-Insara li qed iħallasu l-prezz f’dawn il-liġijiet. Il-libertajiet m’għandhomx ikunu finta. Il-liġijiet tal-ugwaljanza ma jistgħux ikunu liġijiet li fir-realtà l-ugwaljanza tkun finta. Il-liberaliżmu qed jitlef il-kredibbilta tiegħu. Il-parlament m’għandux jitlef il-kredibibltà.

Hu kompla li din hi l-kontradizzjoni politika li n-nies qed jgħixu fiha; l-akbar sfida hi kif se tissalva l-libertà umana li tirrispetta d-diversità. Għalhekk hawn kriżi ta’ libertà politika. Hu semma’ l-iskejjel Insara u staqsa x’inhu l-ethos politiku tal-parlament u tal-klassi politika. Kif se nagħmlu sens u ngħinu lill-poplu jagħmel sens mill-ħajja li qed jgħix?

Id-deputat Edwin Vassallo kompla li hemm bżonn li l-parlament isalva u jirrispetta l-ħtieġa tal-fidi f’Alla; l-għażliet iridu jsiru biex il-popli jkun mgħejjun jgħix il-milja tal-ħajja tiegħu. Hu staqsa jekk il-fidi f’Alla għadhiex rilevanti u kompla li l-liberaliżmu jwassal għall-oppressjoni fejn in-Nisrani jkun oppress u jkun il-mira tal-liġijiet liberali. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-valur tal-ħajja tal-bniedem hu sfida partikolari fil-parlament.

Il-valur tal-bniedem għandu jkun iktar rispettat fil-parlament; hawn kriżi ta’ tolleranza bejn opinjonijiet differenti. L-avversarji politiċi saru għedewwa politiċi. Il-valur tal-bniedem qed jonqos fil-pajjiż li qed jiġi manipulat waqt li mhux apprezzat; jeħtieġ li jkun hawn viżjoni ta’ futur għall-poplu u ta’ ġejjini għad-dinjità ta’ kull persuna.

Il-liġijiet mhux biżżejjed għax irid ikun hemm bidla fl-attitudni u kif isir in-negozju. Il-mod kif in-nies iħarsu lejn xulxin b’diżprezz qed iwassal biex il-poplu jirredokola dak li jagħmlu l-poplu; hawn min jaħseb li hu elitist liberali.

Hawn min jaħseb li hu tal-ewwel klassi għax għandu l-flus waqt li ħaddieħor hu tat-tieni jew it-tielet klassi. Hawn min jiġi jitmellaħ min-nies; hawn min jaħseb li jinsab 10 tarġiet ‘il fuq min-nies. Ma tistax tkun Nisrani u tkun kalssista; dan mhux umaniżmu Nisrani jew ġust u hu manipulazzjoni tad-dinjità umanai għall-qligħ.

Il-blogger Manuel Delia uża l-kliem li jispjega u jsejjaħ lin-nies papisti għax joqgħodu għall-kelma tal-Papa. Dan hu terminu li hu kkunsidrat bħala insult u għalhekk hawn min jipprova jinsulenta bih. Jeħtieġ attenzjoni dwar kemm lesti ninsultaw, sostna Edwin Vassallo, li kompla li dan il-blog tefa’ tliet persuni; lilu, lil Carm Mifsud Bonnici u lil Simon Mercieca f’keffa waħda biex jipprova jirredikolawhom li huma papisti. Sakemm ma tgħidlix korrott, maħmuġ u giddied u tgħidli papista tagħmilli unur, irrimarka Edwin Vassllo, li kompla li jkun hawn min jinqeda b’dak li jemmen fih biex jattakka.

Hu importanti li bħala pajjiż kulħadd jifhem fejn se jasal biex il-poplu jagħti tifsira għal dak li jemmen fih. Il-PN għandu jibqa’ jemmen f’Alla u li jemmen fil-bniedem; biex il-ħajja tal-bniedem tibqa’ tagħmel sens fejn Alla hu valur, sostna Edwin Vassallo.