Coronavirus Lokali

Il-Gvern se joħroġ sejħa għal vapur biex ikunu iżolati l-immigranti

Arkivji

Il-Gvern se joħroġ sejħa ta’ espressjoni ta’ interess għal bastiment, bil-għan li fuqu jinżammu immigranti fi kwarantina. 

Fi stqarrija, il-Gvern ikkonferma li fl-aħħar ġimgħat komplew jaslu aktar immigranti f’pajjiżna. Uħud minn dawn l-immigranti diġa’ ittestjaw pożittivi għall-Coronavirus.

Sal-lum, ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fil-każi fejn instabu immigranti pożittivi u dawn inżammu iżolati. Il-Gvern fetaħ ukoll klinika f’Ħal Far operata mir-Red Cross.