Coronavirus Lokali

Il-każi attivi jitilgħu għal 140

Total ta’ 28 persuna ttestjaw pożittivi għall-Covid-19 fl-ahhar 24 siegħa.

Dan tħabbar mill-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li fil-maggoranza tal-kazi tal-lum ghandhom inqas minn 35 sena, b’4 minnhom jaghmlu parti mill-cluster tal-Festa ta’ Santa Venera filwaqt li l-5 l-ohra ma jafux minn fejn gew infettati.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa ma kellna ebda każ ta’ persuni li fiequ mill-virus. Mhux magħruf jekk preżentament  hemmx persuni rikoverati fl-isptarijiet.

Magħhom ittestjaw pożittiv 19-il immigrant mit-33 li matul il-jum tal-Erbgħa ddaħħlu Malta wara li ġew salvati minn bejn sema u ilma mill-Forzi Armati ta’ Mata ttestjaw pożittiv għall-Covid-19.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li l-immigranti li nstabu pożittivi ser ikunu qed jinżammu f’iżolament f’Ħal Far Initial Reception Centre, u l-bqija se jibqgħu fi kwarantina u jiġu segwiti.

Dan kollu jfisser li fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ttestjaw pożittiv 28 persuna minn 1,722 bil-każi totali minn meta feġġ il-virus fil-Gżejjer Maltin jitilgħu għal 814-il wieħed bl-ammont ta’ każi attivi preżentament huwa dak ta’ 140.

Dan filwaqt li fi stqarrija l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji saħqet li filwaqt li tirrikonoxxi li Malta ma tistax tinżamm f’bużżieqa hemm bżonn li t-tixrid jiġi kontrollat l-għaliex insistiet li dak li qed jiġri fl-aħħar jiem seta’ ġie mbassar u evitat. Iċ-Chamber tal-SMEs insistiet li l-Awtoritajiet għandhom jidħlu f’diskussjonijiet mar-rappreżentanti tas-settur pubbliku qabel ma ssir aktar ħsara.

Intant, il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Messina, saħaq li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa sabiex dak li nkiseb frott is-sagrifiċċji ta’ bosta, ma jintilifx fi ftit żmien.