Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Kummissarju tas-Saħħa jappella biex jitwaqqfu l-attivitajiet

"Ħudu azzjoni qabel is-sitwazzjoni ssir iddisprata"

Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Messina, iddikjara illi huwa jaqbel fis-sħiħ li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa. Dan intqal fi sqarrija maħruġa dalgħodu.

Il-Kummissarju tenna li hu jemmen li hemm bżonn li tittieħed azzjoni immedjata qabel is-sitwazzjoni ssir waħda iddisprata. 

“Fl-aħħar xhur saru sagrifiċċji kbar mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, mill-pubbliku u min-negozji.  Għandu jiġi żgurat li dak li nkiseb ma jintilifx. F’dan l-istadju hemm il-ħtieġa ta’ direzzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.”