Lokali Transport Turiżmu

Il-kumpanija Emirates twaqqaf it-titjiriet lejn Malta

Il-kumpanija diġa' keċċiet ammont ta' ħaddiema

Dan l-istazzjon jista’ jikkonferma li l-linja tal-ajru Emirates se twaqqaf it-titjiriet tagħha lejn pajjiżna.

Emirates kienet topera titjira kuljum minn Dubaj lejn Malta, b’waqfa f’Ċipru.

Nies fl-industrija qalulna li din id-deċiżjoni se tfisser daqqa oħra għas-settur. Il-Gvern minn naħa tiegħu għadu ma qal xejn dwar dawn l-iżviluppi inkwetanti.

Jidher li Emirates għalqet l-uffiċċju tagħha f’Malta u keċċiet lill-impjegati.