Lokali Qorti

Il-Qorti tordna biex żewġt irġiel jiġu nvestigati fuq każ ta’ misappropjazzjoni

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ordnat biex lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga żewġt irġiel ma’ każ ta’ misappropjazzjoni fil-konfront tal-kumpanija Alf Mizzi & Sons.

Dawn l-irġiel huma eks ħaddiema tal-kumpanija li ttieħdu lilha madwar €50,000 fi flus u li skont ċertu Christopher Cassar li diġa nstab ħati ta’ misappropjazzjoni huwa kien qed jiġi mhedded bil-qtil ta’ membri tal-familja tiegħu.

Cassar kien ammetta li kien juża flus li kien li tħallew taħt il-kustodja tiegħu minn min iħaddmu sabiex iħallas persuni li skont hu kienu qegħdin jheddu li joqtlu lil martu u lil ibnu. Il-każ imur lura għall-1989, meta Christopher Cassar, li llum għandu 54 sena, kien jaħdem ma’ Alf Mizzi & Sons bħala bejjiegħ.

Huwa ammetta li misapproprja flus imħallsa mill-klijenti u ta flus lil ċertu Raymond Debattista. Huwa qal li Debattista pprova jipperswadih biex jieħu l-flus għalih innifsu u jitlaq minn Malta u dan minħabba li kellu problemi matrimonjali.

Imbagħad iżda beda jallarmah billi qallu li kien se jidħol fl-inkwiet minħabba li kien qed jitratta ħażin lil martu u wara spiċċa biex beda jheddu li kien se joqtol lil martu u lil ibnu u ukien ukoll urieh sub-machine gun żgħir.

Cassar kien qa ukoll li jakkumpanja lil Debattista kien hemm il-grossista Giovanni Azzopardi li kien ibiegħ l-istess prodotti bħalu għall-istess kumpanija. Huwa allega li iktar tard Azzopardi qallu biex jagħti lura l-prodotti tal-kumpanija filwaqt li jelenkahom fuq klijenti oħra.

Cassar kien ġie arrestat fl-1990 meta rritorna Malta mill-Ingilterra fejn kien qatta’ sena wara li għeb matul is-sena ta’ qabel. L-ewwel Qorti kienet qalet li t-titwil tal-proċeduri kien attribwibbli lil Cassar u għalhekk il-mogħdija taż-żmien ma setax jiġi kkunsidrat favur tiegħu.

Fir-rigward tax-xhieda tiegħu, il-Qorti kienet nnutat li dan inbidel matul is-snin meta kompla jżid informazzjoni dwar l-istress li kien ġarrab mit-theddid. Għalhekk il-Qorti ma kinitx konvinta tal-verità kollha tax-xhieda tiegħu.

Kien ġie nnutat ukoll li qatt ma talab l-għajnuna tal-awtoritajiet u Cassar kien ġie kkundannat għal sena ħabs sospiżi għal tliet snin u ġie ordnat iħallas lura s-somma ta’ € 46,500 lil Alf Mizzi & Sons.

Madankollu l-Qorti tal-Appell qalet li minkejja li Cassar xehed dwar l-ammonti ta’ flus li huwa għadda lil Debattista, l-prova tal-ammont ta’ flus m’għandux jġibha l-imputat. Qalet li hija l-prosekuzzjoni li trid tipprova l-ammont li ttieħed.

Xhieda ndikaw li l-bilanċ tal-kont li l-imputat kellu mad-ditta fil-11 ta’ Diċembru 1989 kien ta’ €54,676.20ċ. u li kien niżel bi kważi €2,000 u minn provi oħra ċ-ċifra nbidlet xi ftit ukoll, bil-Qorti tgħid li dawn l-ammonti mhux neċċessarjament jirrapreżentaw flejjes li ġew misappropjati, iżda jistgħu jkunu flejjes li qatt ma nġabru.

Il-Qorti saħqet li la darba l-ammont eżatt misappropjatma ġied approvat, dan id-dubju jmur favur Christopher Cassar, għaldaqstant il-Qorti kienet qed tagħmel alterazzjoni fil-piena fejn niżlet għal 20 ġurnata priġunerija sospiża għal sena.

Għal dawn il-mottivi, qalet li kienet qed tilqa’ b’mod limitat l-appell li sar minn Cassar. Il-Qorti qalet li kienet qed tordna lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga lil Raymond Debattista u lil John Azzopardi għal kull involviment li setgħa kellhom f’dan ir-reat.