Ambjent Lokali

It-tielet bejta tal-fkieren fuq il-bajjiet tagħna

Fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kellna it-tielet każ din is-sena ta’ fekruna li biedet fil-bajjiet ta’ pajjiżna. Dan hekk kif fl-Għadira issa hemm dik li qed titqies it-tielet bejta tal-fkieren.

Dawn il-bejtiet qed ikunu imħarsa minn volontiera ta’ Nature Trust Malta kif ukoll mill-Uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, għalkemm qed issir sejħa għal aktar volontiera biex jgħinu f’din il-ħidma.

L-ewwel bejta kienet dik fir-Ramla l-Ħamra f’Mejju li għadda, filwaqt li aktar kmieni dan ix-xahar f’Golden Bay kellna każ ieħor ta’ fekruna li biedet.

Sa fejn huwa magħruf din hija l-ewwel darba fl-istorja li f’Malta hawn tlett bejtiet fl-istess waqt.