Lokali

ID-DELITT FL-IMQABBA: Il-vittma kellu tir f’rasu

Il-mottiv għadu jrid jiġi stabbilit

Konferma li Saviour Gaffarena hu l-vittma tal-isparatura li seħħet ilbieraħ.

Il-vittma kellu tir f’rasu.

Il-Pulizija ikkonfermaw li l-isparatura kienet fid-direzzjoni ta’ Vince Gaffarena (17-il sena) u Saviour Gaffarena (27 sena), li huma kuġini. Kien Vince Gaffarena li kien qed isuq il-karozza meta seħħet l-isparatura. Hu bħalissa jinsab rikoverat l-isptar Mater Dei, wara li ntlaqat minn żewġ tiri oħra.

Il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat mill-kelliem tal-Pulizija Brandon Pisani.

Il-każ oriġina fiz-zona ta’ Ħal Millieri. Miz-zona ġew elevati anke xi skrataċ.

Wara ħidma mill-investigaturi, il-Pulizija għall-ħabta tas-2am arrestaw żewġ persuni minn Ħal Kirkop – żagħżugħ ta’ 19-il sena u żagħżugħ ta’ 18-il sena li huma magħrufa mal-Pulizija.

Pisani qal li sa issa ma jirriżultax li intuża xi mutur.