Knisja Lokali

“Vapur ma jimxix b’żewġ kaptani” – L-Arċisqof

Dalgħodu fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, ġiet iċċelebrata quddiesa speċjali ta’ radd il-ħajr lil-frontliners li servew u għadhom qed iservu fuq quddiem fil-pandemija tal-Covid-19.

Il-mużika melodjuża tal-arpa fetħet din il-quddiesa li kienet ikkonċelebrata minn Fr Bertrand Vella, wieħed mill-Kappillani ta’ Mater Dei  u minn Monsinjur Charles J Scicluna.

Fl-omelija tiegħu, l-Arcisqof irrefera għall-vanġelu, meta żagħzugħ kien tniżżel minn saqaf biex Ġesu jkun jista’ jfejjqu. Hu qabbel liż-żgħazagħ, li b’entużjażmu qalgħu ix-xorok u niżżlu lill-marid ħdejn Ġesù, mal-frontliners tagħna li ilhom ix-xhur jaħdmu b’sagrifiċċji kbar u mifrudin minn mal-maħbubin tagħhom, u saħaq li aħna għandna bżonn kemm l-ispirtu tal-fejqan kif ukoll l-ispirtu tat-tagħlim.

“RAJT KUMMENT LI LAQATNI ĦAFNA. KIEN JGĦID ‘IRRIDU NIĠĠIELDU WKOLL IL-PANDEMIJA TAL-INJORANZA. IL-PANDEMIJA TA’ MIN JAĦSEB LI JISTA’ JINJORA DAK LI TGĦIDLNA X-XJENZA’. L-INJORANZA HIJA PERIKOLUŻA DAQS KEMM HU PERIKOLUŻ IL-VIRUS

L-Arċisqof qal li Kristu ma jitkellimx biss fuq il-fejqan tal-ġisem imma jibda l-ewwel bil-fejqan spiritwali. Hu appella lill-frontliners biex anke huma jgħinu mhux biss fil-fejqan fiżiku imma  anke f’ħafna ġrieħi oħra.

“HEMM IL-ĠERĦA TAS-SOLITUDNI… TAL EMARĠINAZZJONI… TAL ISTIGMA… GĦAX DAK KELLU L-VIRUS TA

Monsinjur Scicluna qal li ma nistgħux nillaxkaw u kif l-awtoritajiet għandhom ir-responsabbiltà jagħtuna d-direzzjoni, aħna għandna r-responsabbiltà li nsegwu dak li jgħidulna.

“JEKK KULĦADD SE JIBDA JOĦROG HU BIL-PROTOKOLLI TIEGĦU SE JKOLLNA BISS KONFUŻJONI.   JEKK IKOLNA ĦAFNA KAPTANI IL–VAPUR MHUX SE JMUR FID-DIREZZJONI BILFORS IL-ĠUSTA

L-Arċisqof sellem mhux biss lill-frontliners imma anke lil dawk kollha li mardu bil-virus u lil dawk li mietu f’din il-pandemija, kif ukoll lill-qraba taghħom.