Dalgħodu fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, ġiet iċċelebrata quddiesa speċjali ta’ radd il-ħajr lil-frontliners li servew u għadhom qed iservu fuq quddiem fil-pandemija tal-Covid-19.
Il-mużika melodjuża tal-arpa fetħet din il-quddiesa li kienet ikkonċelebrata minn Fr Bertrand Vella, wieħed mill-Kappillani ta’ Mater Dei u minn Monsinjur Charles J Scicluna.
Fl-omelija tiegħu, l-Arcisqof irrefera għall-vanġelu, meta żagħzugħ kien tniżżel minn saqaf biex Ġesu jkun jista’ jfejjqu. Hu qabbel liż-żgħazagħ, li b’entużjażmu qalgħu ix-xorok u niżżlu lill-marid ħdejn Ġesù, mal-frontliners tagħna li ilhom ix-xhur jaħdmu b’sagrifiċċji kbar u mifrudin minn mal-maħbubin tagħhom, u saħaq li aħna għandna bżonn kemm l-ispirtu tal-fejqan kif ukoll l-ispirtu tat-tagħlim.
“RAJT KUMMENT LI LAQATNI ĦAFNA. KIEN JGĦID ‘IRRIDU NIĠĠIELDU WKOLL IL-PANDEMIJA TAL-INJORANZA. IL-PANDEMIJA TA’ MIN JAĦSEB LI JISTA’ JINJORA DAK LI TGĦIDLNA X-XJENZA’. L-INJORANZA HIJA PERIKOLUŻA DAQS KEMM HU PERIKOLUŻ IL-VIRUS“
L-Arċisqof qal li Kristu ma jitkellimx biss fuq il-fejqan tal-ġisem imma jibda l-ewwel bil-fejqan spiritwali. Hu appella lill-frontliners biex anke huma jgħinu mhux biss fil-fejqan fiżiku imma anke f’ħafna ġrieħi oħra.
“HEMM IL-ĠERĦA TAS-SOLITUDNI… TAL EMARĠINAZZJONI… TAL ISTIGMA… GĦAX DAK KELLU L-VIRUS TA“
Monsinjur Scicluna qal li ma nistgħux nillaxkaw u kif l-awtoritajiet għandhom ir-responsabbiltà jagħtuna d-direzzjoni, aħna għandna r-responsabbiltà li nsegwu dak li jgħidulna.
“JEKK KULĦADD SE JIBDA JOĦROG HU BIL-PROTOKOLLI TIEGĦU SE JKOLLNA BISS KONFUŻJONI. JEKK IKOLNA ĦAFNA KAPTANI IL–VAPUR MHUX SE JMUR FID-DIREZZJONI BILFORS IL-ĠUSTA“
L-Arċisqof sellem mhux biss lill-frontliners imma anke lil dawk kollha li mardu bil-virus u lil dawk li mietu f’din il-pandemija, kif ukoll lill-qraba taghħom.
//= $special ?>