Futbol Sport

L-awtoritajiet Żvizzeri jiftħu proċeduri kriminali fil-konfront tal-President tal-FIFA

(Ritratt: EPA)

L-awtoritajiet Żvizzeri ordnaw biex tinfetaħ proċedura kriminali fil-konfront tal-President tal-FIFA Gianni Infantino u l-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber. Fil-ġimgħat li għaddew, Lauber offra r-riżenja tiegħu wara li l-qorti kkonkludiet li kien ħeba u gideb dwar laqgħa li saret bejnu u bejn Infantino dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni  fi ħdan il-FIFA.

Kemm Lauber u kemm Infantino ċaħdu kull allegazzjoni. L-awtorità responsabbli milli tiskrutinizza l-uffiċja tal-Avukat Ġenerali qalet li l-prosekutur Stefan Keller sab indikazzjonijiet li juru att kriminali relatat mal-laqgħat li saru bejn Lauber u Infantino. Infantino ilu President tal-FIFA sa mill-2016 u reggħa kien konfermat is-sena l-oħra