Futbol Sport

L-investituri mill-Arabja Sawdija jtemmu l-interess tagħhom f’Newcastle

(Ritratt: Newcastle United)

L-investituri mill-Arabja Sawdija temmew l-interess tagħhom fil-klabb tal-Premier League Newcastle United. Lura f’April li għadda, investituri mill-Arabja Sawdita flimkien mal-aħwa billjunarji David u Simon Reuben għamlu offerta ta’ £300 miljun lil Mike Ashely biex jixtru lill-klabb ta’ Newcastle.

Minn dakinhar, il-Premier League wettaq evalwazzjoni tal-proposta tal-grupp ta’ investituri, bl-istess investituri llum iħabbru li se jkunu qed jirtiraw l-offerta tagħhom wara li l-qbil kummerċjali bejn l-investituri u l-klabb skada.

Fi stqarrija l-investituri qalu li jiddispjaċihom li kellhom jiritraw l-offerta tagħhom għaliex kienu kommessi li jerġgħu jwasslu lill-klabb ta’ Newcastle lura għall-glorja. Wara li ħarġet din l-aħbar, kien hemm bosta reazzjonijiet bil-maġġoranza jqisu din l-aħbar bħala waħda devastanti għall-klabb ta’ Newcastle.