Sport Sport Ieħor

Paul Zammit maħtur President tal-Malta Handball Association

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali li saret nhar l-Erbgħa, Paul Zammit ġie maħtur b’mod unanimu bħala l-President tal-Malta Handball Association. Fl-għeluq tal-25 sena minn meta twaqqfet l-assoċjazzjoni, l-Malta Handball Association irringrazzjat lill-fundatur u President is-Sur Louis Borg hekk irriżenja mill-kariga ta’ President.

Zammit għandu esperjenza vasta fil-amministrazzjoni sportiva minkejja li ġej mill-kamp tal-futbol. Fil-passat hu serva bħala l-President tal-Melita FC kif ukoll kien involtu fl-MFA  u fil-YFA.

Is-Sur Ian Psaila ġie maħtur bħala Viċi-President. Psaila ilu nvolut fil-handball sa mill-1999, l-ewwel bħala plejer ta’ La Salle HandBall Club u wara bħala kowċ fejn  rnexxielu jirbaħ l-unuri kolloa possibli. Psaila kien involute ukoll fit-tim nazzjonali tal-handball bħala assistant kowċ u aktar riċenti bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Beach Handball.

L-assoċjazzjoni se tkun qed timmira biex tippromovi u tagħti spinta ‘l quddiem lill-logħba tal-handball f’pajjiżna kif ukoll tattirà numru ta’ plejers ġodda.