Lokali

Saviour Gaffarena huwa ż-żagħżugħ li nqatel l-Erbgħa filgħaxija

Saviour Gaffarena huwa l-vittma li ġie maqtul kiesaħ u biered tard l-Erbgħa filgħaxija permezz ta’ tiri t’arma tan-nar.

Flimkien maż-żagħżugħ ta’ 27 sena kien hemm miegħu kuġinuh, Vince Gaffarena, ta’ 17-il sena, li kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei kawża tal-ġrieħi li ġarrab – fejn fortunatament ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Sfortunatament Saviour Gaffarena ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Mill-ewwel indikazzjonijiet iż-żewġ żgħażagħ kienu fl-inħawi tal-Qrendi u wara l-isparatura saqu lejn l-Imqabba, fejn waqfu fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija.

Vince Gaffarena